Il-Ġebla fuq Saqajna

submitted for
filed under Photos


Minħabba li qed ngħixu f’soċjeta` konsumerista ta’ kuljum aħna l-Maltin nikkunsmaw ammont kbir ta’ prodotti u servizzi. Dan bla dubju jħalli warajh ħafna skart. Il-poplu Malti huwa magħruf bħala poplu bieżel u li dejjem inaddaf daru. Minkejja dan, sfortunatament, xena bħal din t’ hawn fuq spiss narawha komuni madwar il-bliet u l-irħula Maltin. Agħar minn hekk, ħafna Maltin għadhom mhumiex konxji dwar l-importanza li l-iskart li narmu ikun isseparat biex imbagħad wara, jiġi rriċiklat f’ riżorsi oħra. Prattika bħal din tar-ritratt hija bla dubju tifsira ta’ kif u għaliex ħafna kimiċi u tossiċi ħżiena qed ikunu b’ mod inviżibbli ta’ kumpanija magħna. Konxji li qed nitfgħu il-ġebla fuq saqajna?

Leave a Reply