L-Effett tat-Traskuraġni

submitted for
filed under Photos


L-egoiżmu tal-bniedem huwa spiss il-kaġun prinċipali ta’ kif jitniġġeż l-ilma, li huwa riżors importanti ħafna għal ħajjitna. Madwar il-Gżejjer Maltin insibu diversi ġibjuni tal-Gvern li wħud minnhom mhumiex miżmuma fi stat tajjeb. Wieħed minn dawn il-ġibjuni li jinstab fl-Imqabba, qiegħed imdawwar bix-xibka. Sfortunatament, postijiet minnhom ix-xibka hija maqlugħa minn postha. B’ kaġun t’ hekk, kull meta tkun x-xita, ammont raġonevoli ta’ skart li jkun fit-toroq tal-Imqabba qed jibqa’ jserrep mal-kurrent tal-ilma tax-xita sakemm fl-aħħar jispiċċa ġo dan il-ġibjun. Minbarra l-effett ikrah għal għajnejn il-bniedem, traskuraġni ta’ dan it-tip qed tħalli effett ukoll fuq l-ilma. Dan għaliex qed jiġi kkontaminat bil-kimiċi mill-ħmieġ. Agħar minn hekk, l-ilma mniġġeż qed jikkontamina diversi nsetti u speċi oħra li jistgħu jaffetwawlna saħħitna wkoll. Bla dubju l-effett tat-traskuraġni qed ikun aktar ħsara fuq ħajjitna u fuq il-ġenerazzjonijiet tal-futur.

Leave a Reply