In-Nixxiegħa

submitted by St.Benedict College Girls' Secondary School Tarxien : Edera Magro  for 15-18
dissemination(s): Competition, other, school magazine
filed under Photos


Fl-istaġun tax-xitwa mhux l-ewwel darba li naraw xi nixxiegħa tal-ilma speċjalment fejn hemm it-tafal. Fejn imur dan l-ilma? Ħafna drabi l-ilma jibqa’ għaddej qalb l-għelieqi għal ġol-widien. Il-bdiewa jagħmlu użu minn dan l-ilma billi jagħmlu ilqugħ u jaħżnuh f’xi ġibjun. B’hekk il-bdiewa ikollhom l-ilma biex ikabbru l-prodotti agrikoli anke fil-ġranet sħan u xotti tas-sajf. Kemm hi mportanti dik in-nixxiegħa biex ikollna ħaxix u frott frisk is-sena kollha!