Let me sleep!

submitted by St Thomas More GSS Santa Lucia : El Kayati Fatima, Farrugia Antonella, Saliba Nicole  for 15-18
dissemination(s): EkoSkola Notice board, FB teachers' group, other, school monitors
Proof of dissemination: Click to view
Dissemination description: Ekoskola Notice Board FB teachers' group school monitors and website during paretns day and April.
filed under Photos


In-natura madwar l-iskola mhux dejjem qiegħdin nieħdu ħsiebha bl-aħjar mod. F’dan ir-ritratt naraw fjura li waqgħet mal-art. Bebbuxu li kien għaddej tela’ fuq din il-fjura u ħa nagħsa hemmhekk. Importanti li meta ngħaddu minn passaġġi fin-natura ma ngħaffġux pjanti,fjuri u annimali. Ritratt sempliċi ta’ xena li min jaf kemm il-darba tiġi quddiem għajnejna u li aħna ma napprezzawhiex għax mitlufin mal-ġirja tal-ħajja ta’ kuljum. Naraw ukoll li hemm bżonn noqogħdu attenti biex ma nitilfux aktar ħamrija. Fejn ħadna dan ir-ritratt hu maħkum ta’ spiss minn riħ qawwi u xita kif ukoll ħafna nies jgħaddu minn hemm biex iqassru. Dan kollu qed jikkawża erożjoni tal-ħamrija.