The Maltese Type

submitted by St Thomas More GSS Santa Lucia : El Kayati Fatima, Farrugia Antonella, Saliba Nicole  for 15-18
dissemination(s): EkoSkola Notice board, FB teachers' group, other, school monitors
Proof of dissemination: Click to view
Dissemination description: As with all our school's photos these were uploaded on the teachers' fb group Ekoskola Notice Board school monitors and will also be uploaded on the school's website
filed under Photos


F’dan ir-ritratt naraw il-Ġummar, tip ta’ palma Maltija li tikber f’Malta. Din il-palma hija importanti mmens għax hija karatteristika tal-ambjent tipiku Malti. Iż-żerriegħa tal-ġummar lesta biex meta taqa’ niġbruhom u nkunu nistgħu niżirawhom. Il-Ġummar m’għandiex tiġi meqruda għaliex hija parti mill-identita’ tagħna, madwarha jgħixu insetti li huma parti mill- eko-sistema Maltija kif ukoll isebbħu l-ambjent. Fl-iskola tagħna għandna diversi postijiet imsebbħin minn din il-palma. Dnub li ħafna mill-istudenti ma jafux biha. Hemm bżonn li napprezzaw iktar l-ambjent Malti u mhux moħħna biss biex inkissru u neqirdu l-ambjent minħabba bini ġdid. Huwa importanti wkoll li insiru iktar konxji tal-ġmiel naturali li joffri dan il-pajjiż u mhux nistagħġbu biss bl-ambjent tal-pajjiżi barranin.